L-Aġenzija għall-Pagamenti fi ħdan il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali qegħda tilqa’ applikazzjonijiet minn Entitajiet Agrikoli.
Dawn l-applikazzjonijiet jirrigwardaw lil dawk l-entitajiet li huma interresati biex jorganizzaw seminars għall-membri tagħhom. L-Agenzija għall-Pagamenti lesta li toffri s-servizz biex uffiċċjali inkarigati jattendu u jitkellmu dwar is-suġġett/i li jkunu qed jiġu diskussi.
Is-suġġetti jinkludu:
Il-Proċess ta’ kif wieħed għandu jirreġistra u japplika fuq l-għelieqi tiegħu
L-obbligi tal-Cross Compliance
Informazzjoni dwar Miżuri relatati mal-Pjan għall-Iżvilupp Rurali(2007-2013)
Informazzjoni dwar l-iskemi ghall-Pagament Uniku
Informazzjoni dwar Għajnuniet Nazzjonali
Dawk l-entitajiet interessati huma mitluba jiktbu uffiċjalment lill-Kap Aġenzija għall-Pagamenti biex it-talba tkun tista’ tiġi kkunsidrata. L-applikazzjonijiet ser ikunu milqugħin minn nhar l-Erbgħa, 9 ta' Diċembru sal-Erbgħa, 30 ta’ Diċembru 2009.
Għal aktar informazzjoni tistgħu tikkuntattjaw lill-Aġenzija għall-Pagamenti fuq 25904243.